Kollox iffokat fuq il-kwartifinali tal-Open tal-Istati Uniti fi tmiem il-fażi tal-aħħar 16. Fil-Louis Armstrong Stadium, is-seed numru 1 Aryna Sabalenka ħadet biss siegħa u 15-il minuta biex eliminat lil Cristina Bucsa ta’ Spanja . Sabelenka għaddiet għal kwartifinali wara li rebħet f’żewġ sets 6 – 1 ; 6 – 4.
L-avversarja ta’ Sabalenka fil-kwartifinali hija Marketa Vondrousova tar-Repubblika Ċeka li fl-Arthur Ashe Stadium, f’partita diffiċli għelbet lil Elena Rybakina tal-Kazakistan. Wara li Vondrousova rebħet l-ewwel set 6 – 4 waslet ir-reazzjoni minn Rybakina li rebħet it-tieni set 7 – 5 . Vondrousova iżda rebħet is-set deċiżiv 6 – 2.
Is-seed numru 2 , Iga Swiatek tal-Polonja għaddiet ukoll għal kwartifinali meta eliminat lil Ekaterina Alexandrova, seed numru 13 fil-kompetizzjoni. Ebda storja fejn wara li Swiatek rebħet l-ewwel set 6 – 3, lddominat ukoll it-tieni set li rebħet 6 – 1
Post ukoll fil-kwartifinali għal Naomi Osaka tal-Ġappun, seed numru 23 fejn iddominat u għelbet lis-seed numru 3 Coco Gauff tal-Istati Uniti. Wara li Osaka rebħet l-ewwel set 6 – 3, wieħed stenna xi forma ta’ reazzjoni minn Gauff fejn Osaka kompliet tiddomina u rebħet is-set deċiżiv 6 – 2.
//= $special ?>