Il-votazzjoni għall-ħatra ta’ Kap ġdid tal-PN tilħaq il-qofol tagħha nhar is-Sibt li ġej, bl-aħħar sessjoni tal-Konvenzjoni Ġenerali li matulha jkun elett il-Kap il-ġdid – kariga li għaliha qed jikkontestaw il-kandidati Alex Borg u Adrian Delia.
Nhar is-Sibt li ġej, il-jum proprju tal-votazzjoni, se jkun hemm votazzjoni mifruxa f’numru ta’ postijiet madwar Malta u Għawdex. Il-votazzjoni tiftaħ mis-9am u tagħlaq fis-7pm fid-Dar Ċentrali PN, fil-Każin PN Safi, fil-Każin PN Tarxien, u fil-Każin PN Imġarr.
Għawdex il-votazzjoni tagħlaq 5pm, u se tkun għaddejja fis-Sub-Hdqs tal-PN, Ta’ Sannat.
Dawk eliġibbli biex jivvutaw f’din l-elezzjoni huma l-membri tal-PN li aġġornaw it-tessera tagħhom skont kif stabbilit fl-Istatut u fir-Regolamenti.
Kull min għandu d-dritt tal-vot irid jieħu miegħu l-karta tal-identità maċ-Ċertifikat tal-Vot li ntbagħat fid-djar bil-posta.
It-tesserati eleġibbli li jivvutaw huma madwar 20,600. U fl-early voting diġà xeħtu l-vot tagħhom 40% ta’ dawk eleġibbli.
Biex wieħed jimmarka l-għażla tiegħu, irid jagħmel il-marka X ħdejn il-kandidat preferut.
Ir-riżultat ikun magħruf dakinhar stess tal-votazzjoni tard filgħaxija.
//= $special ?>