Internazzjonali

L-ammont ta’ nies li mietu fit-terremot jitla’ għal 1,400

In-numru ta’ vittmi li tilfu ħajjithom kawża tat-terremot devastanti li laqat il-Lvant tal-Afganistan il-Ħadd filgħaxija qabeż l-1,400 persuna.

Dan it-terremot li kellu saħħa ta’ 6.0 fuq l-Iskala Richter laqat il-provinċja ta’ Kunar, u ħalla wkoll aktar minn 3,000 persuna midruba.

Madwar 8,000 dar tkissru għal kollox kawża ta’ dan it-terremot.

It-tfittxija għal persuni li setgħu salvaw għadha għaddejja, u n-numru ta’ vittmi hu mistenni jiżdied.