Valanga fil-muntanji ta’ Marra fil-Punent tas-Sudan qatlet mill-inqas 370 persuna. Dan kien konfermat minn uffiċjal tan-Nazzjonijiet Uniti.
Antoine Gérard, id-Deputat Koordinatur Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti għas-Sudan, qal li kien diffiċli biex tiġi stmata l-iskala tal-inċident jew in-numru eżatt tal-mejtin peress li z-zona kienet perikoluża biex tintlaħaq.
Minn naħa tagħhom, il-Moviment tal-Liberazzjoni tas-Sudan, il-grupp armat li jikkontrolla z-zona milquta, qal li mill-inqas 1,000 persuna tilfu ħajjithom.
Ġranet sħaħ ta’ xita qawwija kkawżat din il-valanga, li ħalliet persuna waħda biss ħajja, u kissret kompletament il-villaġġ ta’ Tarasin.
Il-Moviment appella għal għajnuna umanitarja mingħand in-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali oħra. Iżda Gérard sostna li diffiċli jwasslu l-għajnuna malajr.
Ħafna residenti fid-Darfur kienu sabu kenn fir-reġjun tal-muntanji ta’ Marra, wara li l-gwerra bejn l-armata Sudaniża u l-paramilitari Rapid Support Forces.
//= $special ?>