Tħabbret il-mewt tal-ġurnalist u eks direttur tat-TG4 Emilio Fede, fl-età ta’ 94 sena – bl-aħbar tasal miż-żewġ uliedu.
Għal dawn l-aħħar snin Fede kien qiegħed jirrisjeda f’residenza tal-anzjani f’Milan wara karriera twila fuq it-televiżjoni Taljana.
Għal 20 sena huwa żamm il-kariga ta’ direttur tal-kamra tal-aħbarijiet ta’ Rete 4 ma’ Mediaset.
Aktar kmieni fl-għodwa tat-Tlieta, il-qraba ta’ Emilio Fede żvelaw li huwa kien jinsab f’kundizzjoni kritika, fejn ftit wara sfortunatament huwa tilef il-battalja mal-mewt.
Huwa twieled f’Messina, fi Sqallija, lura f’Ġunju tal-1931 – fejn wara t-Tieni Gwerra Dinjija, flimkien ma’ qrabatu mar jgħix f’Ruma.
Il-karriera ġurnalistika tiegħu bdiet mal-gazzetta Il Momento u aktar tard mar jaħdem ma’ La Gazzetta del Popolo di Torino.
Fl-1958 kien beda jikkolabora mar-Rai fejn għal 8 snin kien il-ġurnalista tar-Rai fil-kontinent Afrikan.
Aktar tard huwa kien imexxi it-TG1 fis-snin 80 u sussegwentament lejn il-bidu tas-snin 90 Fede ssieħeb ma’ Silvio Berlusconi u mexxa kemm Studio Aperto fuq l-Italia Uno kif ukoll it-TG4 fuq Rete 4.
//= $special ?>