Fit-tielet ġurnata tal-Kampjonat Taħt it-18-il sena tan-nisa tal-European Aquatics fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq, ilbieraħ filgħaxija Malta rebħet lill-Ukrajna 17 – 15.
Partita mill-isbaħ xhieda ta’ kif it-tim immexxi minn Aurelin Cousin qed jimmatura irrispettivament mir-riżultati miksuba, iżda għall-mod u sens ta’ reazzjoni meta jkun hemm bżonn fil-partita. Mir-rebħa ta’ 14 – 11 kontra l-Irlanda u l-wirja rispettabbli kontra s-Serbija, kontra l-Ukrajna kienet partita delikata.
Fl-ewwel sessjoni mirbuħa minn Malta 5 – 4 mill-gowl ta’ Chloe Amato, 4 – 1 għall-Ukrajna iżda sa tmiem is-sessjoni gowl ieħor minn Amato, ieħor minn Ella Muscat u darbtejn Elise Gatt poġġew lil Malta fil-vantaġġ.
Kien hemm domiju mill-Ukrajna fit-tieni sessjoni li rebħu 6 – 1, bl-uniku gowl Malti minn Eyla Schembri.
Minn 10 – 6 għall-Ukrajna, l-istess bħal fil-partita kontra s-Serbija, fit-tielet sessjoni kibret l-offensiva., Sessjoni li ntemmet 5 – 4 għal Malta b’gowls minn Elise Amato, Marie Rose Tully, Chloe Amato darbtejn u Eyla Amato għall-14 – 11 għall-Ukrajna. Fl-aħħar sessjoni dominju assolut minn Malta li għalqu s-sessjoni 6 – 1 bi tliet gowls minn Chloe Amato, żewg gowls minn Ella Muscat u gowl minn Eyla Schembri bil-partita tintemm 17 – 15 għal Malta.
Fir-raba’ partita minn Grupp C, Malta tilgħab kontra l-Ġermanja.
//= $special ?>