Wara ġurnata ta’ mistrieħ tkompla t-Tour ta’ Spanja taċ-ċikliżmu La Vuelta bl-10 prova fuq distanza ta’ 175.3 kilometri minn Parque de la Naturaleza Sendaviva sa El Ferial Larra Belagua.
Fl-ewwel post daħal l-Awstraljan Jay Vine għal UAE Team Emirates li temm fi 3 sigħat, 56 minuta u 24 sekonda. Fit-tieni post daħal l-Ispanjol Pablo Castrillo Zapater ta’ Movistar Team b’distakk ta’ 35 sekond filwaqt li fit-tielet post b’distakk ta’ 1 minuta u 4 sekondi temm Javier Romo ta’ Spanja wkoll għal Movistar Team.
Fil-klassifika ġenerali wara 10 provi fl-ewwel post tela’ Jonas Vingegaard tad-Danimarka għal Team Visma Lease a Bike b’total ta’ 37 siegħa, 33 minuta u 52 sekonda. Fit-tieni post in-Norveġiż Torstein Traeen għal Baħrain Victorious b’distakk ta’ 35 sekonda filwaqt li fit-tielet post jinsab Javier Romo ta’ Spanja għal Movistar Team b’distakk ta’ minuta u 4 sekondi minn Vingegaard.
La Vuelta titkompla bil-11 il-prova fiċ-ċirkwit ta’ Bilbao fuq medda ta’ 157.4 kilometru.
//= $special ?>