Lokali

Diskuss il-futur tal-ġurnaliżmu f’pajjiżna

Hekk kif it-Times of Malta qed tiċċelebra d-90 anniversarju tagħha, kienet organizzata konferenza li onorat il-wirt ta’ dan il-ġurnal u indirizzat il-futur tal-ġurnaliżmu indipendenti.

Għal dan l-avveniment kienu mistednin dinjitarji, eks edituri, u figuri ewlenin mill-industrija tal-midja.

Il-President Myriam Spiteri Debono, il-Prim Ministru, il-Viċi Kap tal-PN Alex Perici Calascione, u l-Editur tat-Times of Malta Herman Grech ilkoll waslu l-messaġġi tagħhom. Bl-avveniment jiffoka fuq l-isfidi kontinwi li qed jiffaċċjaw il-ġurnalisti, inkluż id-diżinformazzjoni, u ż-żieda fil-pressjoni fuq l-organizzazzjonijiet tal-midja.

Il-Viċi Kap tal-PN Alex Perici Calascione, min-naħa tiegħu stqarr kif illum il-ġurnalisti għandhom sfidi kbar partikolarment fejn tidħol il-verità. Huwa appella lill-ġurnalisti kollha sabiex jibqgħu ifittxu l-verità, u jitkellmu dejjem bla biża’.

Waqt din l-okkażjoni, il-Viċi Kap tal-PN fakkar kif il-PN, permezz tal-Istamperija Indipendenza, kien spalla ma’ spalla mat-Times meta ġiet attakkata fil-Belt, u nħarqet.

Min-naħa tagħha il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono spjegat li biex il-ġurnaliżmu “jsalva mill-attakk fuq il-verità, kulħadd fis-soċjetà għandu jaħdem flimkien biex jipproteġiha.”

Il-qofol tal-avveniment intlaħaq b’panel discussion li kienet immoderata minn Mark Laurence Zammit.