Kunsilli Lokali Lokali

Esklussiva: Il-Partit Labursita jitlef il-maġġoranza tal-kunsilliera f’Tal-Pietà; Ryan Douglas Tanti jirriżenja mill-Partit Laburista

Il-Partit Laburista jitlef il-maġġoranza tal-kunsilliera fil-lokalità tal-Pietà

Il-kunsillier tal-Pietà Ryan Douglas Tanti b’mod immedjat għadu kif irriżenja mill-Partit Laburista u se jkun qed ikompli l-ħidma tiegħu b’mod indipendenti. Biex b’hekk il-Partit Laburista issa tilef il-maġġoranza tal-kunsilliera f’din il-lokalità.

Dan hekk kif issa il-Partit Laburista għandu tlett kunsilliera eletti f’ismu Stefano Savo, Saviour Azzopardi u Carmel Grech, il-Partit Nazzjonalista ukoll għandu tlett kunsilliera eletti Josef Fitzpatrick, Mark Pisani u Colin Bowman. Bil-Kunsillier Ryan Douglas Tanti jeqleb b’mod indipendenti.

Permezz ta’ post fuq facebook huwa qal li fost l-oħrajn se jkun qed jagħmel dan minħabba t-triq li fiha sejjer l-pajjiż. Hekk kif fi kliemu stess mhux qed jara li d-direzzjoni li qed jieħu l-Gvern hi t-triq it-tajba, dan hekk kif żgħażagħ bħalu qed ikollhom jitbagħlu biex forsi jkollhom żewġt ikmamar u jsejjhulha dar.

Douglas Tanti stqarr li hu jħoss li dan huwa l-aqwa pass li jista’ jagħmel u qed jittama li b’hekk jiftah għajnejn in-nies, biex jindunaw li partit politiku qiegħed hemm għall-interess tal-poplu Malti u mhux tiegħu innifsu u ta’ sħabu.

Ryan Douglas Tanti qal ukoll li raġuni oħra għalfejn huwa qiegħed jirriżenja hija għax il-Partit Laburista qed jipprova jgħaddi l-abbort mit-tieqa.