Lokali

“Ibqgħu fittxu l-verità, u tkellmu bla biża'”

Illum il-ġurnalisti għandhom sfidi kbar – partikolarment fejn tidħol “il-verità”.

Dan qalu l-Viċi Kap tal-PN Alex Perici Calascione meta dalgħodu ndirizza konferenza organizzata mit-Times of Malta fl-okkażjoni tad-90 sena mit-twaqqif ta’ dan il-ġurnal.

Alex Perici Calascione qal li l-ġurnalisti m’għandhomx ikunu biss spettaturi. Iridu jkunu professjonisti determinati, kif seħħ fid-90 sena tat-Times – inkluż fi żminijiet diffiċli.

Waqt din l-okkażjoni, il-Viċi Kap tal-PN fakkar kif il-PN, permezz tal-Istamperija Indipendenza, kien spalla ma’ spalla mat-Times meta ġiet attakkata fil-Belt, u inħarqet.

Hawn, il-Viċi Kap tal-PN kellu messaġġ importanti għall-ġurnalisti kollha: “Ibqgħu fittxu l-verità, u tkellmu dejjem bla biża’.”