Il-Qorti tal-Appell irriformat sentenza mogħtija mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fejn ma qablitx li persuna spiċċa b’diżabbilità f’inċident tat-traffiku bil-mutur bis-sewwieq jispiċċa b’diżabbilità, fejn kien deċiż li t-tort kien ħtija biss tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar. Dan b’rabta ma’ lejla ta’ Frar tal-2016, meta Joseph Fenech kien ħabat ma’ bollards mhux miżmuma tajjeb fi Triq is-Salina, magħrufa bħala t-‘Telgħa t’Alla u Ommu’.
Il-Qorti preseduta mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti u l-Imħallfin Christian Falzon Scerri u Josette Demicoli qalet li Joseph Fenech kellu 25% fil-mija tat-tort għal dak li ġralu filwaqt li l-Kunsill Lokali kellu 75%. Il-Qorti rriformat ukoll s-sentenza tal-Ewwel Qorti li kienet illikwidat u kundannat lill-Kunsill Lokali Naxxar iħallas lil Joseph Fenech l-ammont ta’ €101,260, bl-imgħax legali sal-ħlas effettiv.
Minflok tillikwida u tikkundanna lill-Kunsill Lokali Naxxar iħallas lil Joseph Fenech l-ammont ta’ €98,993.39, bl-imgħax legali mid-data tas-sentenza appellata sakemm isir il-ħlas kollu. L-ewwel Qorti kienet ordnat il-Kunsill Lokali tan-Naxxar ġie ordnat iħallas sewwieq ta’ mutur €101,000 f’kumpens wara li sofra diżabbilità permanenti.
Ta’ 51 sena, Fenech kien sofra 22% diżabbiltà permanenti meta ħabat fil-bollards tal-plastik li ma kinux jirriflettu. Fil-lejla tas-27 ta’ Frar 2016 Fenech ħareġ ma’ sħabu bil-muturi. Waqt li kienu qed isuqu minn Triq is-Salina, Fenech ma rax il-bollards li kien hemm f’nofs tat-triq u meta prova jevitahom inqaleb u weġġa’ gravi.
Huwa spiċċa l-isptar u minħabba d-diżabbiltà permanenti li sofra kellu jnaqqas mix-xogħol tiegħu. Fenech qal lill-Qorti li rahom fl-aħħar minuta u ma kellux ħin biex jevitahom. Espert tal-Qorti spjega li t-triq kienet mudlama u l-bollards kienu miksija bil-ħmieġ. Intqal li fihom strixxuni li jirriflettu iżda bil-ħmieġ li kellhom intilef l-iskop tagħhom u b’hekk is-sewwieqa ma setgħux jarawhom.
Skont l-esperti Fenech ma kienx qed isuq b’veloċità qawwija. Anke l-Pulizija li marret fuq il-post spjegat li t-triq kienet mudlama. Sħabu li kienu miegħu fuq muturi oħra xehdu wkoll li dawn il-bollards ma kinux jidhru. Il-Qorti osservat li għalkemm il-bollards kienu ilhom imwaħħla u suppost Fenech kien jaf bihom, xorta l-awtoritajiet ma jiġux eżonorati mill-għemil negliġenti tagħhom.
Il-Qorti tal-Appell ikkunsidrat li skont l-FS3 tas-sena 2015 Fenech kellu paga gross ta’ €23,073.68, hija din il-paga li għandha tiġi kkunsidrata għall-fini tal-eżerċizzju tal-likwidazzjoni tad-danni. Filwaqt li l-Ewwel Qorti sewwa għamlet meta siltet differenza bejn it-telf ta’ qligħ magħmul minn telf fis-salarju attwali u telf ta’ qligħ minħabba opportunitajiet mitlufa b’riżultat tad-diżabbiltà permanenti.
Madankollu, peress li l-Ewwel Qorti tefgħet it-telf fis-salarju taħt il-kappa ta’ ħsara diretta u għamlet tnaqqis li ma kienx f’loku, jew żbalji oħra, peress li jeħtieġ li l-kalkoli jsiru fuq il-paga grossa, il-Qorti tal-Appell qalet li sejra titbiegħed mill-mod kif l-Ewwel Qorti llikwidat is-somma u għamlet eżerċizzju mill-ġdid.
Il-ġurisprudenza tagħna xxaqleb lejn il-fehma li d-diżabbiltà permanenti timplika nuqqas ta’ opportunitajiet ta’ xogħol alternattiv u dan in-nuqqas ta’ għażla huwa ta’ żvantaġġ u wisq probabbli joħloq nuqqas ta’ opportunitajiet ta’ qligħ aħjar f’xogħol adattat għal min m’għandux dik id-diżabbiltà.
Sa fejn jolqot it-telf ta’ paga jew qligħ attwali, mill-provi fl-atti jirriżulta li Fenech dam barra mix-xogħol meta ġie rikoverat l-isptar, kif ukoll kellu jagħmel numru ta’ operazzjonijiet minħabba l-ġrieħi Ii ġarrab f’siequ u l-kumplikazzjonijiet li żviluppaw.
Wara l-inċident suġġett tal-kawża huwa baqa’ għal xi żmien impjegat ma’ Steel Micro Electronics. Huwa
minnu li tul dan il-perjodu ta’ bejn l-2016 u Jannar tas-sena 2018, Fenech qala’ paga mnaqqsa, kif ukoll irċieva benefiċċji soċjali bejn is-sena 2016 u 2020.
Huwa ngħata l-pensjoni tal-invalidità għal tliet snin bejn is-sena 2017 u 202014 u reġa’ daħal lura f’impieg ġdid f’Novembru, 2020. Madankollu, it-tnaqqis fil-paga kien konsegwenza tal-istess inċident li huwa ġarrab.
Spiċċa bil-paga mnaqqsa li tirrifletti l-fatt li kellu jfalli milli jmur ix-xogħol għall-perjodi estensivi wara li ġara l-inċident u dan it-tnaqqis fil-paga tabilħaqq għandu jiġi inkluż bħala parti mit-telf jew qligħ attwali mġarrab minnu.
Il-qligħ għas-sena 2015, jiġifieri dik ta’ qabel l-inċident kien ta’ €23,073.68. Għalhekk it-telf li ġarrab
l-attur fil-paga fis-sena 2016 kien ta’ €12,347.7816. It-telf li ġarrab l-attur fis-sena 2017 kien ta’ €22,301.2918.
Fis-sena 2019, hu ma ħadem xejn allura t-telf jingħadd bħala €23,073.68 fis-sħiħ. Filwaqt li fis-sena 2020,
għalkemm reġa’ beda jaħdem f’Novembru ta’ dik is-sena, huwa qala’ biss €2,26, .għalhekk it-telf ta’ paga kien ta’ kważi €21,000.
Il-kriterju tal-kumpens għal telf ta’ qligħ fil-ġejjieni jintrabat sfieq mal-fatt li kull korriment iġib miegħu żvantaġġ li jissarraf f’telf ta’ opportunità għall-vittma li kieku ma kienx għall-inċident, kienet tkun eliġibbli għalihom, imqar jekk wara l-inċident baqgħet tingħata paga sħiħa jew saħansitra tjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħha.
Id-danni attwali konsistenti fit-tnaqqis ta’ dħul b’effett dirett tal-korriment f’inċident jistgħu jimxu id f’id u
kontemporanjament mat-telf ta’ qligħ għall-ġejjieni li jkun beda sewwasew minn dakinhar tal-korriment.
B’hekk it-telf totali li ġarrab l-attur fis-salarju huwa dak ta’ €92,832.9021.
.