Sport

L-aħħar partiti fl-Open tal-Istati Uniti

Fost l-aħħar partiti mill-aħħar sittax, in-numru 1 Jannik Sinner għadda għal kwartifinali. Fl-Arthur Ashe Stadium ma kien hemm ebda problema biex elimina lis-seed numru 23 Alexander Bublik tal-Kazakistan. Jannik Sinner rebaħ u ddomina it-tliet sets b’punteġġ identiku ta’ 6 – 1 ; 6 – 1 ; 6- 1 sabiex issa fil-kwartifinali jiltaqa’ kontra t-Taljan seed numru 10, Lorenzo Musetti.

Post fis-semifinali għas-seed numru 4, Jessica Pegula tal-Istati Uniti li f’żewġ sets għelbet lil Barbara Krejcikova. Pegula rebħet l-ewwel set 6 – 3 kif ukoll it-tieni set 6 – 3 sabiex għaddiet għas-semifinali.

Fil-kompetizzjoni tal-irġiel ebda problema u post fis-semi finali għal Carlos Alcaraz ta’ Spanja, seed numru 2, li elimina lil Jiri Lehecka tar-Repubblika Ċeka, seed numru 20 fil-kompetizzjoni. Wara li rebaħ l-ewwel set 6 – 4 , kompla jiddomina fejn rebaħ it-tieni u t-tielet set 6 – 2 ; 6 – 4.

F’partita mill-isbaħ ta’ 38 sena Novak Djokovic, seed numru 7, għadda għas-semifinali wara li għeleb lis-seed numru 4 Taylor Fritz tal-Istati Uniti. Wara li Djokovic rebaħ l-ewwel set 6 – 3, minkejja reazzjoni minn Fritz, rebaħ ukoll it-tieni set 7 – 5 . Bi Fritz aktar fil-partita rebaħ it-tielet set 6 – 3 . Madankollu kien Djokovic li rebaħ ir-raba’ set 6 – 4 biex għalaq il-partita u post fis-semifinali.