Lokali

Manuel u Doris Buhagiar huma l-koppja li mietet f’inċident tat-traffiku fi Sqallija

Manuel u Doris Buhagiar huma ż-żewġ anzjani li mietu fl-inċident tat-traffiku li seħħ l-Erbgħa fi Sqallija. Huma kienu ġenituri kif ukoll nanniet.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.00 ta’ waranofsinhar, meta għal xi raġuni l-karozza li kienu fiha l-koppja ħabtet ma trakk li jġorr l-iskart fuq il-karreġġjata opposta. Huma kienu qed jivvjaġġaw permezz tal-highway Katanja-Ragusa.