L-għawwiem Malti Neil Agius jinsab fir-raba jum tal-isfida tiegħu magħrufa bħala the Gozo 7.
Mill-informazzjoni li għandu Net News, Neil Agius qed iżomm pass b’saħħtu ta’ 3 kilometri fis-siegħa, fejn l-Erbgħa filgħaxija hu mistenni jasal fil-Port ta’ Mġarr, Għawdex għall-ħabta tal-10 ta’ filgħaxija, dejjem skont il-kundizzjonijiet tal-baħar.
L-Erbgħa filgħaxija se jidher l-ewwel episodju tal-isfida li qed jagħmel l-għawwiem Neil Agius fuq il-pjattaform tiegħu fuq Youtube.
Dan l-episodju se juri l-preparazzjonijiet mediċi, id-deċiżjonijiet tal-ekwipaġġ minn wara l-kwinti, u ankè l-ewwel ġranet ta’ din l-isfida.
Hu beda din l-isfida l-Ħadd li għadda għall-ħabta tas-6 ta’ filgħodu mill-bajja tar-Ramla l-Ħamra, f’Għawdex.
Din l-isfida hija inizjattiva li qed tagħti xhieda tal-abbiltà tal-ġisem li jgħum mal-15 il-siegħa kuljum għal sebat ijiem f’baħar miftuħ.
L-qofol ta’ din l-isfida mistenni li jintlaħaq fis-6 ta’ Settembru – nhar is-Sibt li ġej.
//= $special ?>