Novak Djokovic u Carlos Alcaraz se jkunu qed jilagħbu partita storika fis-semifinali tal-US Open hekk kif is-Serb għeleb lill-Amerikan Taylor Fritz fil-kwartifinali bl-iskors ikunu 6-3, 7-5, 3-6, 6-4.
Fritz matul il-partita xeħet pressjoni kontinwa fuq il-veteran Serb, però l-esperjenza u l-kwalità ta’ Djokovic spikkat fl-iktar mumenti deċiżivi tal-partita.
In-numru seba’ tad-dinja, Novak Djokovic, saħinstra stqarr li ħassu naqra fortunat li rnexxielu jegħleb lil Fritz f’dan il-konfront missielet.
Djokovic jaffronta lin-numru tnejn tad-dinja Carlos Alcaras fil-finali li tintlagħab il-Ġimgħa.
Alcaraz għeleb lil Jiri Lehecka mir-Repubblika Ċeka fil-kwartifinali bl-iskor ta’ 6-4, 6-2, 6-4.
Fl-aħħar tliet konfronti bejn iż-żewġ tennisti, Novak Djokovic rebaħ darbtejn, fil-finali tal-Olimpjadi f’Pariġi u fil-kwartifinali tal-Open tal-Awstralja, madankollu Alcaraz rebaħ l-iżjed konfront importanti, dak ta’ Wimbledon fl-2024.
//= $special ?>