Il-Mexxejja tar-Russja, ċ-Ċina u l-Korea ta’ fuq, fost mexxejja ta’ pajjiżi oħra, ingħaqdu flimkien f’turija ta’ saħħa u sapport propju fiċ-Ċina – fost laqgħat importanti li laqqaw lil dawn il-mexxejja kollha flimkien għall-ewwel darba.
Dan wara li l-Mexxej Ċiniż Xi Jinping ospita summit importanti f’għeluq it-80 sena mit-tmiem it-tieni gwerra dinija. Liema summit għalaq b’parata militari li fiha iċ-Ċina inawgurat apparat militari ġdid, fost missili, trakkijiet tal-gwerra u pompa tas-soltu.
Intant il-media internazzjonali qed titfa’ dawl fuq il-fatt li din il-parata militari saret fil-preżenza tal-mexxej Ċiniż, il-mexxej Russu Vladimir Putin u l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un, mexxejja bi stil dittatorjali li kienu ta’ uġiegħ ta’ ras għall-ordni dinijia tul dan is-seklu.
Dan anke wara li korrispondenti għal media internazzjonali qed isejħu din il-mossa bħala waħda ta’ alleaza fuq livell internazzjonali – b’turija ċara ta’ sfida lejn il-punent, l-Istati Uniti u n-Nato b’mod speċjali. Anke fl-isfond ta’ summit li fih iltaqgħu mexxejja varji li ħafna minnhom sfaw vittma ta’ tariffi għoljin min naħa tal-Istati Uniti.
F’dan is-summit ipparteċipaw 26 mexxej ta’ pajjiżi varji li ġew mistiedna mill-mexxej Ċiniż, fosthom il-mexxej tal-Indja Modi.
//= $special ?>