Internazzjonali

Stati Uniti: Verdett favur ir-rapper Cardi B f’każ dwar allegat aggrediment

Il-kantanta rapper Amerikana Cardi B ma nstabitx ħatja dwar aggrediment fuq gwardjan tas-sigurtà li, min-naħa tagħha, kienet qed titlob biex il-kantanta tħallasha danni ekwivalenti għal 24 miljun dollaru.

Il-gwardjan, Emani Ellis, allegat li Cardi B ikkaġunatilha ferita żgħira f’wiċċha b’difirha waqt li beżqitilha meta huma kienu quddiem l-uffiċċju ta’ obstetriku. Il-każ imur lura għall-2018 u fi żmien meta Cardi B kienet tqila.

Il-proċess ċivili wassal għal sensiela ta’ episodji li marru viral fuq il-midja soċjali waqt li r-rapper ippreżentat ix-xhieda quddiem tribunal bl-aktar mod drammatiku.

Hi, fost oħrajn, żvelat li l-gwardjana kienet qed issegwi l-passi tagħha hi u tieħu r-ritratti bit-telefon ċellulari b’abbuż ċar għall-privatezza tagħha, Intant, il-gwardjan baqgħet tinsisti li hi għadha sal-lum issofri minn trawma wara li r-rapper, allegatament, attakkatha bl-aktar mod feroċi.