Wara li kritika lill-MEP Peter Agius fl-inizjattiva favur l-industrija tal-Gaming, Alex Saliba jitlob l-istess ħaġa lill-Kummisjsoni Ewropea. F’April ta’ din is-sena l-MEP Peter Agius ħa inizjattiva appoggjata mill-industrija tal-Gaming f’pajjizna fejn talab lill-Kummissjoni Ewropea tintervjeni fil-qasam tal-gaming fejn bosta kumpaniji Maltin kienu qed jigu mhedda minn azzjoni legali fl-Awstrija u l-Ġermanja.
Dakinhar l-ittra uffiċjali tal-MEP tal-Partit Nazzjonalista kisbet l-appoġġ ta’ diversi osservaturi fil-qasam tal-gaming li jridu li din l-industirja Maltija jkollha vuċi fuq livell Ewropew. L-inizjattiva favur l-industrija tal-gaming li tħaddem xejn anqas minn 12,000 ruħ f’pajjiżna iżda ma niżlitx tajjeb mal-MEP Alex Saliba li f’post fuq facebook ħareġ jikkritika lill-MEP Peter Agius u b’mod għal kollox qarrieqi qal li l-inizjattiva ta’ Peter Agius hija ħidma kontra Malta. L-attakk qarrieqi tal-Viċi Kap tal-Partit Laburista’ Alex Saliba ġie mbuttat ukoll fuq il-magna tal-propaganda tal-Partit Laburista, il-One NEWS li f’rappurtaġġ f’Ġunju qalet b’mod qarrieqi li Peter Agius irid jarmi x-xugaman fuq l-industrija tal-Gaming. Illum izda l-MEP tal-Partit Laburista Alex Saliba għamel l-istess appell li għamel Peter Agius sitt xhur ilu fejn f’ittra lill-Kummissjaoni Ewropea talab li l-Eworpa ma tibqax siekta fuq is-sentenza tal-qrati fl-Awstrija u l-Ġermana u biex il-Kummissjoni Ewropea taġixxi favur il-libertà tal-moviment Ewropew anke fil-qasam tal-Gaming.
F’reazzjoni fuq X l-MEP Peter Agius qal li huwa tajjeb li fl-aħħar l-MEP Laburista jara xi jkun l-interess nazzjonali u jaqbel mal-inizjattiva tiegħu. F’kumment lil Net News Peter Agius qal ukoll il-Partit Nazzjonalista dejjem ħadem fl-interess nazzjonali tant li kien il-PN li attira lejn pajjiżna aktar minn 250 kumpanija fil-qasam tal-gaming u jrid ikun il-PN ukoll li fil-ġejjieni qarib jaħdem biex Malta jkollha setturi ekonomiċi ġodda li joħolqu xogħlijiet ta’ kwalità bħalma nħaolqu bl-eluf taħt gvernijiet nazzjonalisti fil-passat.
//= $special ?>