15-il persuna tilfu ħajjithom b’mod mill-aktar traġiku, wara li l-funicular famuża fil-belt kapitali tal-Portugall esperjenzat ħsarat. Bir-riżultat li l-funicular inqalgħet mir-rails tagħha, waqgħet, u ħalliet 15-il persuna mejta u 18 oħra midruba.
Skont rapporti internazzjonali, dan l-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta u ħamsa tal-Erbgħa filgħaxija.
Huma bosta t-turisti li nqatlu f’dan l-inċident li seħħ f’Lisbona. Bis-Sindku tal-lokal, iżur lil dawk li sfaw midruba u li jinsabu l-isptar jissieltu għal ħajjithom. Sa issa għadu mhux magħruf x’nazzjonalità huma t-turisti li mietu f’dan l-inċident.
Intant, il-Gvern tal-Portugall ħabbar li se jkun qed jistieden lis-Sindku tal-Lokal għal-laqgħa tal-kabinett matul il-jum tal-Ħamis. Dan filwaqt li ddikjara jum ta’ luttu nazzjonali.
Il-Pulizija u anke s-servizzi tal-emerġenza qattgħu sigħat twal fuq il-post tal-inċident, hekk kif huma bosta l-investigazzjonijiet għaddejin fosthom mill-Pulizija, mill-kumpanija li tħaddem il-funicular li ilha topera għal 140 sena, u mill-awtorità tas-sigurtà tat-trasport nazzjonali.
Rapporti internazzjonali qed jirapportaw li fil-filmati li qed jiċċirkolaw online, l-inċident jidher ċar – il-funicular tinqaleb u tħalli warajha sħabha ta’ duħħan. Xhud li kien preżenti saħanistra ddeskriva li l-funicular tilfet il-kontroll u lanqas biss deher li setgħet tieqaf.
Jidher ukoll li l-funicular, ħabtet ma’ xi bini fil-madwar.
Intant, il-Kap tat-trasport nazzjonali ta’ Lisbona, żar il-post tal-inċident, fejn il-kumpanija spjegat li l-funicular għaddiet minn tiswijiet estensivi li jsiru kull 4 snin, dan filwaqt li anke kienet spezzjonata waqt spezzjonijiet li jsiru kuljum, darba f’ġimgħa u anke fix-xahar.
Il-funicular Gloria, huwa wieħed mill-akbar attrazzjonijiet turistiċi, li nfetħet lura fl-1885 fil-Portugall.
Sa issa għadu mhux magħruf eżatt, x’wassal għal dan l-inċident.
//= $special ?>