Giorgio Amani, disinjatur rinomat tal-ħwejjeg, miet fid-dar tiegħu f’Milan fl-età ta’ 91 sena.
Dan tħabbar mill-kumpanija tiegħu permezz ta’ stqarrija fuq il-midja soċjali.
Kamra funebri se tiġi mwaqqfa Milan is-Sibt u l-Ħadd mid-9am sas-6pm fit-Teatru Armani f’Via Bergognone 59 f’Milan. Imbagħad il-funeral se jsir f’ġurnata privata.
Giorgio Armani waqqaf il-kumpanija tiegħu, Armani, fl-1975, li eventwalment espandiet fil-mużika, l-isport u l-lukandi lussużi. L-imperu tiegħu kellu valur ta’ aktar minn $10 biljun, u l-kumpanija tiegħu ddawwar mat-$2.7 billion fis-sena.
Sas-sena 2001, Armani kien meqjus bħala l-iktar disinjatur tal-ħwejjeġ rinomat Taljan.
Armani twieled fil-belt ta’ Piacenza, fit-Tramuntana tal-Italja fil-11 ta’ Lulju tal-1934, u kien jgħid li minkejja li trabba bi ftit flus, il-ħbieb tiegħu tal-iskola kienu jħossu għira għall-ilbies tiegħu, li kollha kienu magħmula bl-idejn minn ommu. Armani kien qal ukoll li minn dejjem kien affaxxinat bl-eleganza tal-ġenituri tiegħu minkejja li ma kellhomx ħafna flus. Hu mbagħad mar jgħix Milan fl-1949.
Hu kien ilu ma jħossux tajjeb għal xi żmien, tant li kellu jirtira mill-wirjiet tal-grupp tiegħu fil-Men’s Fashion Week ta’ Milan f’Ġunju – l-ewwel darba fil-karriera tiegħu li naqas milli jattendi wieħed mill-avvenimenti tiegħu fuq il-catwalk.
Magħruf bħala Re Giorgio, hu kien magħruf li jissorvelja kull dettall tal-kollezzjoni tiegħu u kull aspett tan-negozju tiegħu, mir-riklami, u saħansitra kien jirranġa x-xagħar tal-mudelli qabel joħorġu fuq il-runway.


