Lokali

Jason Micallef jattakka lill-preżentatriċi Trudy Kerr u jgħidilha li se jdaħħalha l-Qorti

L-uffiċjal Laburista Jason Micallef – li huwa nkarigat sabiex jieħu ħsieb l-implimentazzjoni tal-manifest elettorali tal-Partit Laburista – ħareġ jattakka lill-preżentatriċi Trudy Kerr.

F’post fuq il-midja soċjali, Jason Micallef ħareġ qatta’ bla ħabel kontra Trudy Kerr, li kienet fost l-ewwel persuni li esprimiet id-diżappunt tagħha dwar l-istat li tħalla fih il-park nazzjonali ta’ Ta’ Qali.

Micallef, għajjar lil Kerr podcaster falluta u falza – persuna li spiċċa żmienha. Dan filwaqt li anke ddikjara li se jkun qed ifittixha fil-Qorti kriminali.

Fil-post tiegħu, l-uffiċjal Laburista attakka wkoll lill-Gvern Laburista, u ssuppervja wara li Robert Abela iddikjara li s-sitwazzjoni kienet kollha frott il-miskomunikazzjoni li seħħet b’rabta mal-ispjegazzjoni dwar dak li seħħ f’Ta’ Qali.

B’Jason Micallef jgħid li “dal-gvern jibża’ jaffronta lill-bullies tas-social media, imma jien le”.