Sport

Jirbaħ ukoll Aliassime u issa jilgħab kontra Sinner

ll-Kanadiż seed numru 25 Felix Auger Aliassime fil-kwartifinali mill-isbaħ elimina lil Awstraljan Alex de Minaur seed numru tmienja. 

Kien De Mineur li rebaħ l-ewwel set 6 – 4 . Reazzjoni minn Aliassime li rebaħ it-tieni u tielet set 7 – 6 ; 7 – 5 sabiex mar fil-vantaġġ. Fir-raba’ set deċiżiv kien Aliassime li ħareg rebbieħ 7 – 6 .

Fis-semifinali, il-Kanadiż Felix Auger Aliassime issa se jilgħab kontra Sinner.

 Mill-kwartifinali tan-nisa, għaddiet għas-semi finali Aryna Sabalenka, seed numru 1 fil-kompetizzjoni wara li ngħatat walk-over minn Marketa Vondrousova.

Għaddiet ukoll għas-semifinali Naomi Osaka tal-Ġappun, seed numru 23 li f’żewġ sets għelbet lil Karolina Muchova tar-Repubblika Ceka, seed numru 11. Osaka rebħet l-ewwel set 6 – 4 sabiex minkejja li fit-tieni set Muchova wettqet reazzjoni qawwija kienet Osaka li għalqet it-tieni set 7 – 6 u post fis-semi finali.