“Bħala uffiċjal pubbliku Jason Micallef suppost jaf aħjar milli jhedded b’azzjoni legali meta affaċċjat bi kritika u tħassib ġenwin.”
Sostniet dan l-IĠM hekk kif ikkundannat lil Micallef wara li hedded lill-preżentatriċi Trudy Kerr b’azzjoni legali wara li l-istess Kerr, f’filmat ippubblikat online, esprimiet it-tħassib tagħha wara li nxtered ramel fil-picnic area ta’ Ta’ Qali.
L-IĠM insistiet li minflok jattakka lin-nies milli jeżerċitaw id-dritt tal-espressoni ħielsa, Jason Micallef kellu jikkomunika r-raġunijiet għalfejn inxteħet dan ir-ramel…b’mod ċar u trasparenti.
Fi stqarrija tkompla li huwa inaċċettabbli li persuni li jokkupaw pożizzjoni pubbliċi, bħal Micallef, iħossuhom li jistgħu jheddu lil min jikkritikahom b’azzjonijiet legali.
L-IĠM saħqet li dan ma huwa xejn ħlief attentat biex jagħmilha ta’ bully ma’ dawk li jikkritikawhom u b’hekk jimmutawhom.
Filwaqt li l-IĠM wera solidarjetàma’ Trudy Kerr, ingħad li qed jistennew li l-Ministru li huwa responsabbli minnu, ċioè tal-Public Works – Chris Bonett – għandu jwaqqaf din l-imġieba u jiżgura li ma terġax tirrepeti ruħha.
//= $special ?>