Lokali

L-OPM ma jridx iwieġeb għalfejn Abela m’attendiex għal laqgħa tal-Kunsill Ewropew u minfloku marret il-President ta’ Malta

Il-Prim Ministru Robert Abela qed jirrifjuta li jispjega għalfejn fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tad-19 ta’ Awwissu ma rrappreżentax lil pajjiżna, u minflok bagħat lill-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono fin-nuqqas tiegħu.

Il-laqgħa li saret b’mod virtwali bejn il-mexxejja Ewropej sabiex jiddiskutu l-gwerra fl-Ukrajna, għal xi raġuni jew oħra Robert Abela ma attendiex għaliha…. u l-OPM ma jridx jagħti raġuni għalfejn Abela ma attendiex għal din il-laqgħa kruċjali fejn fost oħrajn kien diskuss ukoll il-President Donald Trump.

Newsbook staqsa lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar dan kollu fost oħrajn il-mistoqsija sempliċi ta’ għalfejn ma kienx hemm Robert Abela imma minflok bagħat lill-President ta’ Malta… liema domanda ma ġietx imwieġba.