Sport

Malta titlef mal-Ġermanja fil-Kampjonat Taħt it-18 il-sena tan-nisa tal-waterpolo

Fiir-raba’ ġurnata tal-Kampjonat Taħt it-18 il-sena tan-nisa ta’ European Aquatics fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq il-bieraħ filgħaxija Malta  tilfet mal-Ġermanja 10 – 16.

It-tieni telfa għal Malta fi Grupp C fejn kien fit-tielet sessjoni li r-riżultat xaqleb favur il-Ġermanja meta rebħu s-sessjoni 5 – 0. Sa dak l-istadju kien hemm bilanċ assolut bejn iż-żewġ timijiet fejn matul l-ewwel sessjoni li ntemmet 4 – 4 Malta dejjem irrispondiet permezz ta’ żewġ gowls minn Nevise Agius u gowls minn Eyla Schembri u Ella Muscat.

It-tieni sessjoni li ntrebħet 3 – 2 mill-Ġermanja rat lit-tim Malti dejjem fil-partita b’Ella Muscat u Chloe Amato dejjem jiksbu l-gowl tad-draw fuq 5 – 5 u 6 – 6.

Fi tmiem it-tielet sessjoni l-iskor sar 12 – 6 għall-Ġermanja wara li skorjaw ħames darbiet bla risposta minn Malta.

Fir-raba’ sessjoni bl-iskor 14 – 6 waslet reazzjoni b’saħħitha minn Malta li permezz ta’ Eyla Schembri darbtejn, Holly Camilleri u Chloe Amato għamlu l-iskor finali rispettabbli għal Malta 10 Ġermanja 16.