Lokali

NIŻVELAW: Anke fiz-zona tal-kunċerti f’Ta’ Qali hemm “problemi”

Net News jista’ jikkonferma li l-Gvern kien qed jipprova jaħbi l-problemi kbar li hemm fiz-zona tal-kunċerti f’Ta’ Qali – proġett li l-Gvern stess tant ftaħar bih.

Fil-fatt, is-sorsi tagħna żvelaw li tant hemm tħassib dwar l-istage ta’ din z-zona, li kellhom jitpoġġew strutturi biex isaħħu l-bażi. Bir-riżultat li d-dressing rooms imtlew bi scaffolding u ħadid.

Illum, pressat minn domandi ta’ Net News, il-Prim Ministru stess qalilna li huwa “konxju li hemm problemi”. Iżda ma speċifikax x’inhuma dawn il-problemi li hemm fil-concert area f’Ta’ Qali.

Dan il-proġett kien sewa lill-pajjiż xejn anqas minn €16-il miljun.