Sport

Sfida minn Għawdex sa Birżebbuġa f’GasanMamo Point 2 Point Challenge

Il-GasanMamo Point 2 Point ser tiġbor fondi għall-Hospice Malta u The Children in Need Foundation. Dan se jseħħ fis-27 ta’-Settembru, permezz ta’  Daniel Abela, Douglas Barbaro Sant u Joseph Casha.

Il-GasanMamo Point 2 Point Challenge se jarahom jiġru, jgħumu u jsuqu r-rota madwar Malta u Għawdex f’avveniment wieħed ta’ ġurnata.

Dawn it-tliet individwi jaqsmu aktar minn memorji, iżda jaqsmu twemmin profond li wieħed jagħti lura lejn il-komunità. Ispirati mix-xogħol bla waqfien u bla interess personali taż-żewġ organizzazzjonijiet benefiċjari, huma ddeċidew li jdawru l-passjoni tagħhom lejn l-isport.

Il-GasanMamo Point 2 Point Challenge hija sfida fir-rotta ta’ 81 km li tibda mill-ponta ta’ San Dimitri f’Għawdex sa’ Birżebbuġa.  L-ewwel b’ġirja ta’ 15 km f’Għawdex, segwita minn għawma ta’ 6 km minn Hondoq ir-Rummien għal Malta, u jispiċċaw b’rotta ta’ 60 km bir-rota mill-Marfa sa Birżebbuġa. Bħala ġest simboliku, it-tlieta li huma flimkien mat-tim tagħhom u mbagħad ikomplu lejn l-kwartieri tal-Hospice Malta f’Santa Venera.

Il-Point 2 Point Challenge għandha l-appoġġ ta’ GasanMamo Insurance fejn id-Direttur Maniġerjali Julian J. Mamo kkummenta li huwa privileġġ għal GasanMamo li jappoġġja l-avveniment .

Il-fondi miġbura se jinqasmu b’mod ugwali bejn Hospice Malta u The Children in Need Foundation – żewġ organizzazzjonijiet impenjati li jipprovdu kura u appoġġ speċjalizzat lil-komunità kif ikkummentat Alexia Demicoli, Chief Relationship Officer għal Hospice Malta.