Sport

Amanda Anisimova u Aryna Sabalenka fil-finali tal-US Open

Mis-semifinali tal-kompetizzjoni tan-nisa fil-US Open, irriżulta li l-finali se tkun bejn Amanda Anisimova tal-Istati Uniti u Aryna Sabalenka.

Fl-ewwel semifinali kienet Naomi Osaka, seed numru 23 fil-kompetizzjoni, li kontra Amanda Anisimova tal-Istati Uniti, seed numru 8, rebħet l-ewwel set 7 – 6 . B’Osaka fil-vantaġġ waslet reazzjoni minn Anisimova fit-tienet set li rebħet 7 – 6 . Hija rebħet ukoll is-set deciżiv 6 – 3 u post fil-finali.

Fit-tieni semifinali kif kien mistenni kienet Aryna Sabalenka, seed numru 1, li għelbet lil Jessica Pegula tal-Istati Uniti. Kienet Pegula li rebħet l-ewwel set 6 – 4. Reazzjoni b’saħħitha minn Sabalenka li wara li rebħet it-tieni set 6 – 3, iddominat ukoll it-tielet set, dak deċiżiv 6 – 4 biex għaddiet għall-finali kontra Amanda Anisimova.