Carlo Acutis se jkun dikjarat qaddis f’ċebrazzjoni li se jmexxi l-Papa Ljun XIV nhar il-Ħadd li ġej fi Pjazza San Pietru, fil-pjazza ta’ quddiem il-Vatikan. Iż-żagħżugħ Acutis se jkun dikjarat qaddis flimkien ma’ Pier Giorgio Frassati.
Iż-żagħżugħ Acutis kellu jsir qaddis mill-Papa, preċedenti, iżda laħaq miet. Il-Papa Ljun XIV issa se jiddikjarah qaddis flimkien ma’ Pier Giorgio Frassati, nhar il-Ħadd li ġej.
Acutis miet fl-età ta’ 15-il sena. Tifel minn Milan li llum hu midfun f’Assisi bil-flokk u ż-żarbun tal-isports tiegħu. Jibqa’ magħruf minn ħafna bħala l-Influencer ta’ Alla jew magħruf ukoll għall-website tiegħu dedikata lill-Mirakli Ewkaristiċi.
Pier Giorgio Frassati (1901-1925) se jkun ukoll qaddis żagħżugħ ieħor. Kattoliku lajk, Frassati hu eżempju ieħor tal-ħajja li hu għex. Imwieled f’Turin minn familja sinjura, hu għażel is-sempliċità u għażel ħajja b’fidi profonda u ta’ mħabba għall-foqra.

Pier Giorgio Frassati
//= $special ?>