Lokali

Daniel Attard jaqbel mal-azzjoni legali li se jieħu Jason Micallef kontra Trudy Kerr

Skont l-MEP Laburista Daniel Attard, dawk li qed jitkellmu kontra r-ramel li infirex fil-picnic area ta’ Ta’ Qali huma “orakli Nazzjonalisti”.

Attard għamel din id-dikjarazzjoni permezz ta’ messaġġ fuq is-social media, sabiex jaqbeż għal sieħbu Jason Micallef. Dan minħabba l-fatt li l-MEP Laburista jagħmel parti mill-istess klikka estremista ta’ Micallef u Neville Gafà.

Robert Abela din il-ġimgħa qal li Micallef kien “sensittiv” meta tkellem. Għalkemm stqarr li hu ma kienx jirreaġixxi b’dak il-mod.

Jibqa’ l-fatt, li l-Prim Ministru fl-ebda ħin ma kkundanna l-attakk fuq il-preżentatriċi Trudy Kerr – b’Jason Micallef jheddidha li se jdaħħalha l-Qorti sempliċiment għaliex tkellmet fuq ir-ramel li tferrex fuq il-ħaxix tal-picnic area.

Anke l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin ikkundanna t-theddid minn naħa ta’ Jason Micallef, li bħala uffiċjal pubbliku suppost jaf aħjar.