Wara li kelba ta’ sentejn spiċċat mietet, hekk kif ma sabitx servizz ta’ veterinarju, l-Gvern ħareġ stqarrija fejn fiha tefa t-tort fuq il-veterinarji u qal li dawn qed ifallu.
Bil-Ministeru tal-Agrikoltura u d-Drittijiet tal-Annimali jgħid li l-kliniċi, qegħdin ripetutament ifallu l-pazjenti u lis-sidien tagħhom, bil-Gvern jgħid li kien dan in-nuqqas li wassal għal dan l-inċident traġiku.
Tajjeb li wieħed ifakkar li dan is-servizz ta’ veterinarju ta’ 24 siegħa kien servizz li ftaħħar ħafna bih dan il-Gvern biex inessi l-fatt li l-Isptar tal-Annimali f’Ta Qali ilu iktar minn sentejn magħluq. U f’dan in-nuqqas il-Gvern minflokk ħa responsabbiltà għal dan in-nuqqas ħareġ jikkundana lill-veterinarji.
//= $special ?>