Għada s-Sibt In-Nazzjon se tinkludi suppliment speċjali dwar l-elezzjoni għal Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista.
Ritratti u tagħrif mill-kampanja elettorali taż-żewġ kontestanti Alex Borg u Adrian Delia, flimkien ma’ analiżi tal-kampanja taż-żewġ kandidati u x’se tkun it-triq ’il quddiem għall-Partit Nazzjonalista.
In-Nazzjon tas-Sibt, minbarra l-ħwienet tas-soltu, se tkun qed tinbiegħ ukoll mis-sala tal-votazzjoni fid-Dar Ċentrali u mill-postijiet l-oħra tal-votazzjoni f’Ħal Safi, Ħal Tarxien, l-Imġarr u Ta’ Sannat f’Għawdex.
In-Nazzjon tas-Sibt se tkun qed tinbiegħ żewġ ewro. Aħseb kmieni għall-kopja tiegħek.
//= $special ?>