Sport

It-timijiet nazzjonali tal-Malta Pool Association komplew jimpressjonaw

It-timijiet nazzjonali tal-Malta Pool Association komplew jimpressjonaw fil-Kampjonati tad-Dinja li qed isiru f’Ennis l-Irlanda.

It-tim Nazzjonali taż-Żgħażagħ Taħt it-18 il-sena, rebbieh tal-istess Kampjonati f’dawn l-aħħar sentejn, wara li f’semifinali mill-aktar ibbilanċjata kontra l-Irlanda ta’ Fuq rebaħ bl-iskor ta’ 8-7 biex għadda għal finali kontra  l-Afrika t’Isfel. Eventwalment Malta mmexxija minn Vince Saliba rebħet il-finali 8 – 4 fejn għal Malta lagħbu Jake Castaldi, Chaylon Castaldi, Denzel Falzon u Nick Muscat

Bl-istess skor ta’ 8-7 it-tim Malti ta’ ‘l Fuq minn 50 sena għeleb lill-Irlanda u kkwalifika għal finali kontra t-tim nazzjonali tal-Irlanda ta’ Fuq fejn it-tim Malti mmexxi minn Pasquale Scicluna għeleb lil Irlanda ta’ Fuq 8 – 5. It-tim kien magħmul minn Ivan Rizzo, Marco Bonello, Manuel Mallia, Kevin Mercieca, Frans Abdilla u Antoine Aquilina.

Sadanittant it-tim Malti tal-Irgiel, rebbieh tal-Kampjonati tad-Dinja Shootout, kien impenjat, fis-semifinali tal-Kampjonati tal-Irgiel kontra l-Irlanda fejn rebaħ 11 – 7 biex għadda għal finali kontra l-Ingilterra mirbuħa mill-Ingilterra 11 – 6. It-tim Malti mmexxi minn Charles Cilia kien magħmul minn Clayton Castaldi, Dejan Grech, Ryan Pisani, Chris Zaffarese, Owen Amato, Miguel Amato, Johan Attard u Lydan Debono.