Sport

Juan Ayuso ta’ Spanja rebaħ it-12-il prova tat-Tour ta’ Spanja

It-12-il prova tat-80 edizzjoni tat-Tour ta’ Spanja – La Vuelta kienet fuq medda ta’ 144.9 kilometri minn Laredo sa Los Corrales de Buelna.

Fl-ewwel post daħal Juan Ayuso ta’ Spanja għal UAE Team Emirates bi sprint fuq Javier Romo ta’ Spanja għal Movistar Team, it-tnejn fi 3 sigħat, 16-il minuta u 21 sekonda. Distakk ta’ 13-il sekonda minn Briarc Rolland ta’ Franza għal Groupama Team.

Fil-klassifika ġenerali fl-ewwel post b’total ta’ 44 siegħa, 36 minuta u 45 sekonda d-Daniż Jonas Vingegaard għal Team Visma Lease a Bike. Fit-tieni post b’distakk ta’ 50 sekonda l-Portugiż Joao Pidcock għal UAE Team Emirates filwaqt li fit-tielet post Tim Pidcock tar-Renju Unit għal Q36.5. Pro Cycling Team għandu distakk ta’ 56 sekonda.

It-13 -il prova ta’ La Vuelta hija t-tieni l-itwal f’din l-edizzjoni fuq distanza ta’ 202.7 kilometri minn Cabezon de la Sal ….sa L’Angliru.