Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li sploda ċilindru tal-gass fuq dgħajsa fil-Port tal-Imġarr

Tajlandiż ta’ 41 sena jinsab jissielet għall-ħajtu wara li sploda ċilindru tal-gass fuq lanċa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-09:15 tal-Ħamis filgħaxija, fil-marina tal-Port tal-Imġarr, Għawdex.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u r-raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza u akar tard kien irriżulta li sofra ġrieħi serji. Konsegwenza ta’ dan l-inċident ir-raġel sofra ħruq konsiderevoli f’ġismu.

Membri Forzi Armati u mill-Protezzjoni Ċivili assistew fil-każ.

Dwar dan il-każ, fetħet inkjesta il-Maġistrat Simone Grech. Dan filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.