Grazzi talli niftaħru bis-servizz ta’ emerġenza li ma jaqbdek ħadd, grazzi tas-sistema falluta u l-imħabba għall-annimali li ma teżistix.
Dawn kienu l-kliem ta ‘ sidt ta kelba ta ‘sentejn li mietet għax is-servizz tal-emerġenza tal-annimali mhux jiffunzjona kif suppost. B’riżultat li din il-familja spiċċat għaddiet minn trauma kbira hekk kif kellhom jaraw il-din il-kelba titlef ħajjitha.
“Naraw biss il-flus” kompliet tikteb din il-persuna fuq facebook fejn spjegat kif is-servizzi tal-emerġenza qed jiġu offruti lill-klijenti tagħhom biss. Biex b’hekk waqgħet għal kollox ir-retorika kollha ta’ dan il-Gvern li ilu jiftaħar bis-servizz tal-veterinarji 24 siegħa kuljum, li suppost kellu jintuża minflokk l-isptar ta’ Ta Qali li issa ilu snin magħluq.
Tilfna mhux biss kelba imma t-tifla tagħhna li ħabbejniha bl-ikbar għożża, kompliet tikteb din il-persuna li saħqet li kienet lesta tħallas elf ewro bit-tama li se jirrispondu imma il-linja baqgħet taqa’ kull darba li pruvat iċempel.
L-isptar tal-Annimali ingħalaq f’Awwissu tal-2023 u l-Gvern kien wiegħed li dan kellu jinfetaħ kemm il-dabra, iżda iktar minn sentejn wara dan għadu magħluq u minkejja l-pompa kbira li biha kien ftaħar il-Gvern, li se jibda’ servizz ġdid tal-veterinarju 24 siegħa kuljum issa jidher li dan is-servizz mhux qed jaħdem.
Turija ċara oħra ta’ kemm l-annimali mhux prijorità għal dan il-Gvern.
//= $special ?>