Aktar kmieni illum, iż-żewġ kandidati Alex Borg u Adrian Delia xeħtu l-vot tagħhom fl-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Iż-żewġ kandidati, ivvotaw propju fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista , fejn eluf qed jixħtu l-vot tagħhom sabiex illejla l-Partit Nazzjonalista jkollu Kap ġdid.
Il-votazzjoni se tibqa’ sejra sas-7pm fid-Dar Ċentrali u fil-Każini tal-Partit Nazzjonalista fl-Imġarr, Ħal Safi u Ħal Tarxien. Dan filwaqt li fis-Subheadquarters f’Ta’ Sannat f’Għawdex, il-votazzjoni tintemm fil-5pm.
Il-proċess tal-għadd tal-voti se jsir fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, b’xandira speċjali fuq Net Television.

