Illum is-Sibt 6 ta’ Settembru, jum il-konvenzjoni tat-tesserati – il-jum li fih il-PN ser ikollu Kap ġdid imexxih.
Intant il-votazzjoni fil-postijiet tal-votazzjoni kollha, kemm f’Malta u kemm f’Għawdex ser ikun qed jibda’ fid-9am sabiex imbagħad f’Malta il-votazzjoni tintemm fis-7pm. Filwaqt li f’Ta Sannat Għawdex il-votazzjoni tispiċċa fil-5pm.
Net News ser ikun qiegħed jirrapporta matul il-ġurnata, kemm b’aġġornamenti kontinwi fuq Net FM, netnews.com.mt kif ukoll fuq il-midja soċjali tagħna. Dan apparti programm speċjali li ser jixxandar wara l-proċess tal-votazzjoni – sabiex imbagħad nassistu għall-għadd tal-voti u sussegwentament għar-riżultat ta’ din l-istess elezzjoni.
Din it-tellieqa għal Kap qiegħda bejn Alex Borg u Adrian Delia, u l-postijiet ta’ votazzjoni huma fid-Dar Ċentrali f’Tal-Pieta, il-Każini tal-PN fl-Imġarr, Ħal Tarxien u Ħal Safi u fis-Sub Headquaters tal-PN f’Ta Sannat.
//= $special ?>