Lokali

Jintemm il-proċess ta’ votazzjoni għal Kap ġdid tal-PN f’Ta’ Sannat Għawdex

L-elezzjoni għal Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista ġiet fi tmiemha f'Għawdex - il-voti fi triqithom lejn id-Dar Ċentrali

L-elezzjoni għal Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista f’Għawdex ġiet fi tmiemha. Dan hekk kif fil-gżira Għawdxija il-votazzjoni għalqet fil-5pm.

Issa, il-kaxxi tal-voti jittieħdu d-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, sabiex mal-għeluq tal-votazzjoni f’Malta jibda’ l-proċess ta’ sorting u wara l-għadd tal-voti.

Il-votazzjoni fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, fil-Każini ta’ Ħal Safi, Ħal Tarxien u l-Imġarr Malta se jkun qed jagħlaq fis-7pm.

Sas-siegħa tas-Sibt waranofsinhar, inkluż il-votazzjoni bikrija tal-Erbgħa 27 u s-Sibt 30 ta’ Awwissu, ivvotaw 66% tat-tesserati eliġibbli li jammontaw għal madwar 20,700.

L-elezzjoni qed tkun ikkontestata mid-deputati Alex Borg u Adrian Delia.