L-għawwiem u l-personalitá sportiva lokali, Neil Agius għadu kemm temm l-isfida bl-isem ta’ GOZO 7. Agius temm din l-inizjattiva b’suċċess wara li minn nhar il-Ħadd li għadda beda’ għawma li ratu jgħum madwar Għawdex, kuljum għal seba t’ijiem.
Il-konferma tat-tmiem ta’ din l-isfida tħabbret b’mod uffiċjali permezz tal-midja soċjali ta’ Agius, li għandu 39 sena. Agius, li fl-2024 irrapreżenta lil Malta fl-Olimpjadi ta’ Ateni, kien qed jgħum mal-kosta ta’ Għawdex darba kuljum. B’kollox, Agius għamel 294 kilometru.
Il-GOZO 7 kienet sfida oħra suċċess ta’ Agius, li kellha l-għan tagħha kien li jwassal messaġġ pożittiv li jmur lilhinn mill-isport, dak li l-bniedem jista’ jegħleb kwalunkwé sfida, anke dik li taf tidher impossibli fil-ħajja tagħna.
Agius kien qed jgħum bejn 13 u 15-il siegħa kuljum.
//= $special ?>