Kienu għall-ħabta tal-10:15am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fuq bastiment, propju f’Xatt il-Mollijiet, il-Marsa.
Intant meta waslu fuq il-post, il-puluzija sabu li Indoneżjanta’ 41 sena, waqa’ madwar sular ġo bokkaport, fuq l-istess bastiment li hu kien qiegħed fuqu.
Fuq il-post marru l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku, uambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Ir-raġel preżentament qiegħed fil-periklu tal-mewt; u jinsab jissieled għal ħajtu wara li sofra minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>