Lokali

RITRATTI: Stennija għall-indikazzjonijiet tar-riżultat ta’ din l-elezzjoni

Ritratti ta' Joseph Galea u Martin Agius

Segwu Net TV u Net FM għall-analiżi pass pass ta’ dan il-proċess li għaddej fis-sala ewlenija tad-Dar Ċentrali tal-PN.

Illejla, se tkompli l-Konvenzjoni Ġenerali tal-PN, bis-sessjoni tal-għeluq tibda wara li jintemm l-għadd tal-voti u jitħabbar ir-riżultat.

NET Television se jxandar id-diskorsi li bihom tagħlaq il-Konvenzjoni tat-tesserati, fosthom l-ewwel diskors tal-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista li se jiġi elett illejla.