Futbol Sport

Mazzotta jħabbar it-tim għall-partita kontra l-Greċja mill-kwalifikazzjoni għall-UEFA EURO U21

Il-kowċ Davide Mazzotta ħabbar l-iskwadra li se jieħu għall-partita kontra l-Greċja mill-fażi tal-kwalifikazzjoni għall-UEFA Euro 2021 li se tintlagħab għada fis-7pm fis-Centenary Stadium, f’Ta Qali. Din il-partita se tkun l-ewwel waħda minn għaxra tat-tim nazzjonali Malti, minn grupp F li jinkkludi l-Georgia, il-Ġermanja, il-Latvja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Mazzotta inizjalment għajjat 27 plejer, pero naqqas l-iskwadra għal 22 plejer. Bssil Tuma u Alfie Bridgeman li kienu fl-iskwadra preċedenti ma rkupraws mill-injusries, pero l-iskwadra se tara ukoll l-inklużjoni taż-żgħażagħ minn Valletta Jake Azzoapardi u Keyon Ewurum li kienu ukoll inklużi mal-lista tat-tim nazzjonali Malti tal-kbar.

L-iskwadra mgħajjta hija din:
Goalkeepers: Luca Camilleri (Zabbar St Patrick FC), Karl Sargent (Gzira United)

Difensuri: Deacon Abela (Gzira United), Nathan Cross (Birkirkara FC), Benjamin Hili (Balzan FC), Finley Ging (Boston United – ENG), Jake Micallef (Zabbar St Patrick FC), Jake Vassallo (Mosta FC), Aiden Zammit (Hibernians FC), Sven Xerri (Hamrun Spartans FC)

Midfielders: Jake Azzopardi (Valletta FC), Andy Borg (Gzira United), Lucas Caruana (Hibernians FC), Antiago De Flavia (Floriana FC), Jake Grech (Balzan FC), Lucas Scicluna (Newcastle Jets – AUS)

Attakkanti: Nicholas Agius (Zabbar St Patrick FC), Ensell Attard (Marsaxlokk FC), Shaisen Attard (Hamrun Spartans FC), Keyon Ewurum (Valletta FC), Sean Gatt (Santa Lucia FC), Joshua Pitts (Ipswich Town – ENG)