Lokali

Alex Borg jidħol fl-uffiċċju tiegħu biex jibda l-ħidma fit-tmexxija tal-PN

Kmieni l-Ħadd filgħodu Bernard Grech għadda ċ-ċwievet tal-uffiċċju tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista lil Alex Borg, l-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista.

Ritratt: Catriel Farrugia

Kien hawn fejn Bernard Grech ta l-awgurju tiegħu lil Alex Borg, li min-naħa tiegħu rringrazzjah tal-ħidma tiegħu matul l-aħħar ħames snin, li fihom huwa serva bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Ritratt: Catriel Farrugia

Alex Borg kien akkumpanjat minn Sarah Bajada, filwaqt li preżenti kien hemm ukoll is-Segretarju Ġenerali Charles Bonello u Joseph Grech il-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.

Ritratt: Catriel Farrugia