Carlo Acutis, iż-żagħżugħ ta’ 15-il sena li ħalla din id-dinja lura fl-2006 wara li kien marad bil-leukemia ġie ordnat Qaddis fil-belt kapitali ta’ Ruma.
Il-Ħadd 7 ta’ Settembru 2025 se tibqa’ mfakkra bħala ġurnata speċjali hekk kif il-Papa Ljun XIV għamel lil Carlo Acutis bħala l-ewwel Qaddis tal-ġenerazzjoni ta’ żminijietna.
Kienu l-elufi ta’ żgħażagħ bħalma kien Acutis li attendew għal din iċ-ċeremonja minn bosta pajjiżi differenti.
Carlo Acutis ta’ 15-il sena kien tgħallem jagħmel il-coding fuq il-kompjuter u permezz ta’ dan id-don li Alla kattru bih huwa wettaq tant ġdid – dan għaliex uża dan it-talent biex ħoloq bosta websites li fuqhom kien jaqsam il-fidi t’Alla mal-oħrajn. Tant mess qlub u ħajjiet ta’ nies, speċjalment taż-żgħażagħ Kattoliċi li llum-il ġurnata huwa meqjus fuq l-istess livell ta’ Madre Teresa u Fraġisk t’Assisi.
Papa Ljun XIV ikkanonizza lil Acutis flimkien ma’ Pier Giorgio Frassati, raġel Taljan li kien magħruf li jgħin lil dawk kollha li jkunu fil-bżonn. Frassati miet kaġun tal-marda polio fl-għoxrinijiet tas-seklu għoxrin.
Il-Papa rrimarka kif il-folla fi Pjazza San Pietru kienet xempju tal-qdusija u tal-għajnuna li kienu jagħtu lil dawk fil-bżonn Acutis u Frassati.
Papa Ljun XIV waqt iċ-ċerimonja rrimarka wkoll kif ‘Aħna lkoll, flimkien, għandna niġu msejħa qaddisin’.
Intant, il-kanonizzazzjoni ta’ Acutis kienet pjanata sabiex issir f’April li għadda, iżda minħabba l-mewt tal-Papa Franġisku din ġie posponata. Minkejja dan, il-kanonizzazzjoni ta’ dan iż-żagħżugħ xorta waħda baqgħet antiċipiata minn ħafna żgħażagħ Kattoliċi.
//= $special ?>