“Nawgura lil Alex Borg li ġie elett bħala Kap ta-Partit Nazzjonalista.”
Sostniet dan il-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, il-Ħadd filgħodu wara li fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu l-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista li t-tesserati għażlu lil Alex Borg sabiex ikun is-suċċessur ta’ Bernard Grech bħala l-10 Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Roberta Metsola sostniet li flimkien bħala partit wieħed il-PN jista’ joffri l-aħjar għażla lill-poplu Malti u Għawdxi filwaqt li rringrazzjat lil Adrian Delia tal-impenn.
Metsola saħqet li l-entużjażmu u l-ideat kollha jridu jingħaqdu flimkien għal kisbiet għall-poplu.
