Il-Malta Development Association fi stqarrija awgurat lil Alex Borg hekk kif ġie elett bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Il-President Michael Stivala esprima l-awgurju tagħhom bħala assoċċasjoni lil Alex Borg f’dan l-irwol tant importanti. Huwa rrimarka kif is-saħħa fid-demokrazija tiddependi fuq l-enerġija tal-mexxejja politiċi.
Bħala Assoċċassjoni li tirrappreżenta settur importanti fl-ekonomija Maltija, qed iħarsu ‘l quddiem sabiex b’mod kostruttiv jiddiskutu mal-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista fuq affarijeit bħall-iżvilupp sostenibbli, djar affordabli u tkabbir ekonomiku.
L-MDA rrikonoxxiet ukoll il-kampanja enerġetika ta’ Adrian Delia u s-servizz kontinwu tiegħu lis-servizz pubbliku.
//= $special ?>