Lokali

Il-Prim Ministru jibqa’ maqtugħ mir-realta’

Għal Ġimgħa oħra l-Prim Ministru Robert Abela naqas milli jindirizza l-mewt ta’ Mirabelle Falzon fost ħafna kriżijiet oħrajn. Iżda minkejja dan b’mod inkredibli hu qal li jrid jgħin lil kulħadd.

F’attività politika Abela naqas ukoll milli jwieġeb kemm qed jieħu flus Neville Gafa u milli jwieġeb it-tħassib serju dwar il-kwistjoni tal-picnic area f’Ta’ Qali hekk kif tneħħa l-ħaxix u minflok tqiegħed ir-ramel.

Minflok il-Prim Ministru għażel li jsemmi is-sistema tad-distribuzzjoni tad-dawl… liema sistema għal sajf ieħor esperjenzat diversi ħsarat.

Tant li kienu diversi lokalitajiet li esperjenzaw qtugħ fil-provista tal-elettriku f’dawn l-aħħar xhur.

Fid-dawl ta’ dawn il-problemi kollha il-Gvern jibqa’ jagħmilha ta’ bir-ruħu li kollox miexi fuq ir-rubini. U Minflok tkellem dwar il-ħatra tal-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista.