Tiġi meta tiġi l-elezzjoni aħna se nkunu lesti, fl-ewwel ġimgħa se nkun qed nagħmel ukoll crowd funding biex jiinġabru l-flus għall-elezzjoni kif ukoll naħtar campaign manager. Il-Partit Nazzjonalista se jkun partit inklussiv.
Hekk wiegħed il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, dan biex b’hekk il-Partit ikun wieħed alternattiv li joffri futur ġdid u aħjar lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Hu wiegħed ukoll li se jagħmel minn kollox biex il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jsib l-identità tegħu u b’hekk jissalvagwardja lill-poplu Malti u Għawdxi.
Alex Borg sostna li l-Partit Nazzjonalista imexxi minnu se jkun partit li jkun viċin in-nies dan filwaqt li wera l-viżjoni tiegħu għall-Media. Link anka permezz ta’ social media team u podcast ġdid.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista stqarr li ż-żgħażagħ huma parti essenzjali mill-Partit Nazzjonalista u għalhekk sostna li hu se jkun qed jistinka biex iwassal il-messaġġ li l-Partit Nazzjonalista huwa ferm differenti minn dan il-Gvern.

Alex Borg sostna li l-Partit Nazzjonalista se jofri l-viżjoni ekonomika li pajjiżna tant għandu bżonn.
Dan filwaqt li rringrazzja lil Bernard Grech tal-ħidma tiegħu matul dawn l-aħħar snin u lil Adrian Delia talli din kienet kampanja pożittiva.
Hu wiegħed ukoll li se jkun qed qed ikompli jisma lil poplu kollu.
//= $special ?>