Qorti

Jinżamm arrestat b’rabta ma’ serq u attentati ta’ serq

Lasha Mdzinarashvili, Ġorġjan ta’ 32 ġie mixli b’serq u attentat ta’ serq minn diversi djar u baqa’ miżmum arrestat wara li wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Il-Ġorġjan kien mixli b’involviment f’mill-inqas 10 każijiet ta’ serq;b’ sitta minnhom f’Tas-Sliema, Ta’ Xbiex u l-Imsida. Ġie mixli wkoll li pprova jwettaq 4 attentati ta’ serq f’Tas-Sliema, il-Gżira u Birkirkara.

Id-difiża ddikjarat li mhijiex se titlob għall-ħelsien mill-arrest. Id-difiża tmexxiet mill-avukat Thomas Barbara Sant

Għall-prosekuzzjoni dehru l-Ispettur Joseph Mercieca u l-avukat Martina Muscat għall-Avukat Ġenerali.

Huwa tressaq quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima.